L-għodda tal-konferenza

Il-konferenza finali tkun l-aqwa opportunita għal-proġet biex ixerred l-informazjoni u l-prodotti.  Il-konferenza CLAP tippromovi u tagħti ħafna siwi lill-prodotti tal-proġet u tofri l-qafas għal aktar dibattiti u riflesjonijiet fuq is-siwi u l-importanza tagħjom.  Kull imsieħeb jistieden żewġ esperti biex jipparteċipaw fil-konferenza finali.

Il-pakket tal-konferenza jinkludi ir-riżultati ewlenin tal-proġet CLAP (l-għodda għall-interventi u djalgu komunikattiv,  l-gwida għad dħul fis-soċjeta, Il-kumpass tiegħi u l-magażin tal-proġet) u xi materjal u oġġetti li jipromovu l-proġet (pinen, folja –it-tieni verżjoni u folder), 100 kopja b’kollox.